Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-511/11) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Azzjonijiet immexxija minn Interbev – Finanzjament permezz ta’ kontribuzzjonijiet volontarji magħmula obbligatorji – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Irtirar tad-deċiżjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment E. Belliard, G. de Bergues, J. Rossi u J. Gstalter, sussegwentement E. Belliard, G. de Bergues, D. Colas u J. Bousin, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u S. Thomas, sussegwentement B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/131/UE, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar il-levies [kontribuzzjonijiet] favur Interbev (ĠU L 59, p. 14).DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.