Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-509/11)1

(“ Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għall-proprjetà – Dritt għar-rispett tal-privatezza u tal-ħajja familjari – Proporżjonalità”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mohammad Makhlouf (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: C. Rygaert u G. Karouni, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.-M. Joséphidès u G. Étienne, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/488/PESK, tal-1 ta’ Awwissu 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 199, p. 74), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU L 319, p. 56), u tad- Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782/PESK (ĠU L 330, p. 21), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrent.DispożittivIr-rikors huwa miċħud. Mohammad Makhlouf huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.