Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2013 – LaserSoft Imaging vs UASI (WorkflowPilot)

(Kawża T-475/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali WorkflowPilot – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: LaserSoft Imaging AG (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Hunnekuhl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 480/2012-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali WorkflowPilot bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

LaserSoft Imaging AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 9, 12.1.2013.