Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta' Novembru 2011 - Jones et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-320/07) 

["Trattat KEFA - Provvista ta' faħam għal użu fl-industrija tal-produzzjoni tal-elettriku tar-Renju Unit - Ċaħda ta' lment li jallega l-applikazzjoni ta' prezzijiet ta' xiri diskriminatorji - Kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tapplika l-Artikolu 4(b), KEFA wara t-Trattat KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament KE Nru 1/2003 - Evalwazzjoni tal-interess Komunitarju - Obbligi fir-rigward ta' investigazzjoni ta' lment - Żball manifest ta' evalwazzjoni"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Daphne Jones (Neath, ir-Renju Unit); Glen Jones (Neath); u Fforch-Y-Garon Coal Co. Ltd (Neath) (rappreżentanti: D. Jeffreys u S. Llewellyn Jones, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u J. Samnadda, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: initiżjalment E. Jenkinson, sussegwentement minn C. Gibbs u V. Jackson, u fl-aħħar nett minn S. Hathaway, aġenti, assistiti minn J. Flynn, QC); E.ON UK plc (Coventry, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Lomas, solicitor); u International Power plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Anderson, QC, M. Chamberlain, barrister, S. Lister u D. Harrison, solicitors)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG-Greffe (2007) D/203626, tat-18 ta' Ġunju 2007, ta' applikazzjoni tal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004, tas-7 ta' April 2004, dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81), li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti dwar ksur tat-Trattat KEFA (Każ COMP/37.037-SWSMA).

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta' Glen Jones u ta' Daphne Jones, kif ukoll dawk ta' Fforch-Y-Garon Coal Co. Ltd.

3)    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, E.ON UK plc u International Power plc għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 247, 20.10.2007.