Language of document : ECLI:EU:T:2011:686





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Novembru 2011 – Jones et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-320/07)

“Trattat KEFA – Provvista ta’ faħam għall-użu industrijali tal-produzzjoni tal-elettriku tar-Renju Unit – Ċaħda ta’ lment li jallega l-applikazzjoni ta’ prezzijiet ta’ xiri diskriminatorji – Kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tapplika l-Artikolu 4(b) KEFA wara li skada t-Trattat KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament KE Nru 1/2003 – Evalwazzjoni tal-interess Komunitarju – Obbligi fir-rigward ta’ investigazzjoni ta’ lment – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”

1.                     Proċedura - Rappreżentanza tal-partijiet - Mandat ad litem - Grad ta’ preċiżjoni meħtieġ (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(5)) (ara l-punti 52-59)

2.                     Proċedura - Replika - Rekwiżiti proċedurali - Firma ta’ avukat - Replika li tinkludi ittri redatti mil-lanjanti, mingħajr l-assistenza ta’ avukat, u ppreżentati direttament minnhom quddiem il-Qorti Ġenerali - Ittri kkontrofirmati sussegwentement minn avukat - Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tielet u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 19; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 43(1)) (ara l-punti 63-68)

3.                     Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Eżami tal-ilmenti - Teħid inkunsiderazzjoni tal-interess Komunitarju fl-istruttorja ta’ kawża - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni - Limiti - Stħarriġ ġudizzjarju (Artikoli 81 KE u 82 KE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2004/C 101/05) (ara l-punti 73-75)

4.                     KEFA - Dispożizzjonijiet dwar id-diskriminazzjonijiet fir-rigward tal-prezz u ta’ kundizzjonijiet oħra ta’ bejgħ - Artikolu 4(b) - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Applikazzjoni awtonoma wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA - Effett dirett (Artikoli 4(b) KEFA u 63(1) KEFA; Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17 u Nru 1/2003) (ara l-punti 84-90)

5.                     Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Eżami tal-ilmenti - Deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni motivata mill-possibbiltà għal-lanjant li jindirizza lill-qorti nazzjonali - Legalità - Kundizzjonijiet (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punti 92-94)

6.                     Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Eżami tal-ilmenti - Evalwazzjoni tal-interess Komunitarju marbut mal-istruttorja ta’ kawża - Teħid inkunsiderazzjoni tal-waqfien tal-prattiki rrappurtati - Kundizzjonijiet (Artikoli 81 KE u 82 KE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2004/C 101/05) (ara l-punt 98)

7.                     Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Eżami tal-ilmenti - Obbligu li ssir istruttorja u li jinqata’ l-każ permezz ta’ deċiżjoni fuq l-eżistenza ta’ ksur - Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003; Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004) (ara l-punti 112-116)

8.                     Proċedura - Spejjeż - Kundanna tal-parti rebbieħa li tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tar-rikorrenti (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 87(3) u (4)) (ara l-punti 154-158)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG-Greffe (2007) D/203626, tat-18 ta’ Ġunju 2007, ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004, tas-7 ta’ April 2004, dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 [KE] sa 82 [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81), li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti dwar ksur tat-Trattat KEFA (Każ COMP/37.037-SWSMA).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta’ Glen Jones u ta’ Daphne Jones, kif ukoll dawk ta’ Fforch‑Y‑Garon Coal Co. Ltd.

3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, E.ON UK plc u International Power plc għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.