Language of document : ECLI:EU:T:2013:345





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 — Codacons vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑313/13 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”

Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Rikors miċħud fil-kawża prinċipali — Talba li ma għadx għandha skop — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 1-4)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 9660 finali, tas‑17 ta’ Diċembru 2012, li tiddikjara temporanjament kompatibbli mas-suq intern għajnuna għas-salvataġġ ta’ Monte dei Paschi, taħt forma ta’ rikapitalizzazzjoni suġġetta għall-kundizzjoni ta’ preżentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni f’terminu ta’ sitt xhur [Għajnuna mill-Istat Nru SA.35137 (2012/N)].

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri provviżorji.

2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.