Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof - il-Ġermanja) – Wikingerhof GmbH & Co. KG vs Booking.com BV

(Kawża C-59/19) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (KE) Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjoni – Punti 1 u 2 tal-Artikolu 7 – Ġurisdizzjoni speċjali f’materji ta’ delitt jew kważi delitt – Azzjoni għall-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra prattiki kummerċjali meqjusa bħala kuntrarji għad-dritt tal-kompetizzjoni – Allegazzjoni ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti li jirriżulta minn prattiki kummerċjali koperti minn dispożizzjonijiet kuntrattwali – Pjattaforma ta’ prenotazzjoni ta’ akkomodazzjoni online booking.com)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Wikingerhof GmbH & Co. KG

Konvenut: Booking.com BV

Dispożittiv

Il-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal azzjoni intiża għall-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra ċertu aġir implimentat fil-kuntest tar-relazzjoni kuntrattwali bejn ir-rikorrent u l-konvenut u bbażata fuq allegazzjoni ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti mwettaq minn dan tal-aħħar, bi ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni.

____________

1     ĠU C 155, 6.5.2019.