Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Awwissu 2010 - Tecnimed vs UASI - Ecobrands (ZAPPER-CLICK)

(Kawża T-360/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tecnimed Srl (Vedano Olona, l-Italja) (rappreżentanti: M. Franzosi u V. Piccarreta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ecobrands Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta' Ġunju 2010, fil-Każ R 1795/2008-4;

tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellament tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Ottubru 2010; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali "ZAPPER-CLICK" għal prodotti fil-klassijiet 5, 9 u 10 - Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3870284

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: reġistrazzjoni fl-Italja Nru 747249 tat-trade mark verbali "CLICK" għal prodotti fil-klassi 10; reġistrazzjoni fl-Italja Nru 927574 tat-trade mark verbali "MOUSTI CLICK" għal prodotti fil-klassi 10; reġistrazzjoni fl-Italja Nru 801404 tat-trade mark verbali "ECO-CLICK" għal prodotti fil-klassi 10; reġistrazzjoni fl-Italja Nru 801405 tat-trade mark verbali "ZANZA CLICK" għal prodotti fil-klassi 10; reġistrazzjoni internazzjonali Nru 825425 tat-trade mark verbali "MOUSTI CLICK" għal prodotti fil-klassi 10; trade mark mhux irreġistrata tat-trade mark verbali "CLICK" protetta fir-Renju Unit; trade mark mhux irreġistrata tat-trade mark verbali "ZANZA CLICK", protetta fir-Renju Unit.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: dikjarazzjoni parzjali tal-invalidità tat-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellament annullata

Motivi invokati : Ksur u interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell eskluda "mala fide" b'mod żbaljat. Ksur u interpretazzjoni żbaljata tar-Regoli 38(2), 39(2), 39(3) u 96(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, peress li l-Bord tal-Appell għamel konnessjoni żbaljata bejn l-inammissibbiltà tal-azzjoni u l-allegat nuqqas ta' traduzzjoni tad-dokumenti, u peress li ma kkunsidrax li t-traduzzjoni ġiet ipprovduta mir-rikorrenti. Applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 53(1)(a) u 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell abbuża mill-poter tiegħu. Ksur u interpretazzjoni żbaljata tal-Artikoli 53(1)(b) u 8(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell sostna b'mod żbaljat li l-miżapproprjazzjoni kellha tiġi eskluża peress li t-trade marks inkwistjoni ma kinux identiċi. Ksur tal-Artikoli 53(1)(ċ) u 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell eskluda b'mod żbaljat l-abbuż tad-denominazzjoni u sostna b'mod żbaljat li l-fajl ma jipprovdix evidenza dwar il-mod kif il-prodott ġie ppreżentat fis-suq.

____________