Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Marzu 2008 - Klein vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-32/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marie-Claude Klein (Grasse, Franza) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra ta' l-4 ta' Mejju 2007 li tiċħad lir-rikorrenti l-benefiċċju ta' għotja f'każ ta' mewt, ta' allowance f'każ ta' mewt u ta' pensjoni ta' l-orfni.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur ta' l-Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u l-Ħlas ta' Drittijiet Individwali tal-Kummissjoni Ewropea ta' l-4 ta' Mejju 2007;

tannulla safejn hu meħtieġ id-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti;

tindika lill-Awtorità tal-Ħatra l-effetti ta' l-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati u, b'mod partikolari, ir-rikonoxximent tad-dritt tar-rikorrenti għall-allowance f'każ ta' mewt, għall-għotja f'każ ta' mewt u għall-pensjoni ta' l-orfni (ikkalkolata abbażi tal-pensjoni ta' l-ewwel orfni);

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.

____________