Rikors ippreżentat fit-8 ta' April 2010 - Longevity Health Products vs UASI - Tecnifar (E-PLEX)
(Kawża T-161/10)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (Nassau, Bahamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Il-Parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tecnifar - Industria Tecnica Farmaceutica, SA (Lisbona, il-Portugal)
Talbiet tar-rikorrenti
tilqa' r-rikors ippreżentat mir-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta' Frar 2010 fil-Każ R 662/2009-4 u tiċħad l-oppożizzjoni ppreżentata mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell fir-rigward tal-prodotti farmaċewtiċi u veterinarji, bl-eċċezzjoni tal-prodotti mediċi kontra mard marbut mas-sistema ċentrali nervuża; u
tikkundanna lill-konvent għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "E-PLEX" għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Portugiża "EPILEX" għall-prodotti fil-klassi 5.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors parzjalment miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell inġustament ikkonkluda li teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.
____________