Language of document : ECLI:EU:T:2012:315





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-264/10 u T-266/10)

“Programm operattiv tal-Fond ta’ Koeżjoni u tal-FEŻR amministrati minn Spanja (Programm operattiv FSE Ġlieda kontra d-diskriminazzjoni 2007-2013) — Talba għal ħlas interim — Deċiżjoni li jiġi interrott it-terminu tal-ħlas minħabba nuqqas sinjifikattiv fil-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Artikolu 87(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006”

1.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Deċiżjoni li jiġi interrott it-terminu għall-ħlas ta’ talba għal ħlas interim — Att li jikkostitwixxi l-aħħar stadju ta’ proċedura speċjali distinta — Inklużjoni (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006) (ara l-punti 10-13, 20)

2.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali — Interventi strutturali — Finanzjament mill-Unjoni — Regolament Nru 1083/2006 — Ħlas interim — Talba għal ħlas li tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 86 — Terminu ta’ xahrejn sabiex isir ħlas interim li jibda jiddekorri mir-reġistrazzjoni ta’ tali talba — Interruzzjoni tal-ħlas wara li jiskadi t-terminu — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikoli 87(2) u 91(1)) (ara l-punti 33-36)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Mejju (T‑264/10) u tal-11 ta’ Mejju 2010 (T‑266/10) li jinformaw lill-awtoritajiet Spanjoli bl-interruzzjoni tat-terminu għall-ħlas ta’ ċerti talbiet għall-ħlas interim mir-Renju ta’ Spanja.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T‑264/10 u T‑266/10 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tal-10 u tal‑11 ta’ Mejju 2010, li jinformaw lill-awtoritajiet Spanjoli bl‑interruzzjoni tat-terminu għall-ħlas ta’ ċerti talbiet għall-ħlas interim ippreżentati mir‑Renju ta’ Spanja, huma annullati.

3)

It-talba biex tiġi rrikonoxxuta l-fondatezza tat-talba għall-ħlas tal‑interessi moratorji hija miċħuda.

4)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq il-kap tat-talbiet li huwa intiż sabiex il-Qorti Ġenerali tordna miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura bbażata fuq l-Artikolu 64 tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha.

5)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.