Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Autorità di sistema portuale del Mar Ligure occidentale et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-166/21) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Tassazzjoni tal-awtoritajiet portwali fl-Italja – Eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul tal-kumpanniji – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Għajnuna eżistenti – Kunċett ta’ ‘impriża’ – Kunċett ta’ ‘attività ekonomika’ – Vantaġġ – Selettività – Distorsjoni tal-kompetizzjoni – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Ugwaljanza fit-trattament”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Autorità di sistema portuale del Mar Ligure occidentale (Gênes, l-Italja) u l-15-il rikorrent ieħor li isimhom jinsab anness fis-sentenza (rappreżentanti: F. Munari, I. Perego, G. M. Roberti u S. Zunarelli, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u F. Tomat, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Associazione Porti Italiani (Assoporti) (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Munari, I. Perego, G. M. Roberti u S. Zunarelli, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1757 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.38399 – 2019/C (ex 2018/E) li l-Italja implimentat – Tassazzjoni Korporattiva tal-Portijiet fl-Italja (ĠU 2021, L 354, p. 1).

Dispożittiv

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1757 tal 4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.38399 – 2019/C (ex 2018/E) li l-Italja implimentat – Tassazzjoni Korporattiva tal-Portijiet fl-Italja, hija annullata sa fejn din tikklassifika l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet għall-operazzjonijiet portwali bħala attività ekonomika.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Autorità di sistema portuale del Mar Ligure occidentale u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab anness, l-Associazione Porti Italiani (Assoporti) u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 189, 17.5.2021.