Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Crédit agricole u Crédit agricole Corporate and Investment Bank vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-113/17) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Settur tad-derivattivi tar-rati tal-imgħax denominati f’EUR – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Manipulazzjoni tar-rati ta’ referenza interbankarji tal-Euribor – Skambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Ksur uniku u kontinwu – Proċedura ‘ibrida’ mifruxa fuq perijodu ta’ żmien – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Imparzjalità – Multi – Ammont bażiku – Valur tal-bejgħ – Artikolu 23(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Deċiżjoni li temenda li tikkompleta l-motivazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Ġurisdizzjoni sħiħa”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Crédit agricole SA (Montrouge, Franza), Crédit agricole Corporate and Investment Bank (Montrouge) (rappreżentanti: J. P. Tran Thiet, M. Powell u J. Jourdan, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Farley u T. Baumé, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu, minn naħa, l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 8530 finali tas-7 ta’ Diċembru 2016 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39914 – Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax f’Euro (EIRD)) u, min-naħa l-oħra, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqhom f’din id-deċiżjoni. Barra minn hekk, huma jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 4610 finali tat-28 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-deċiżjoni kkontestata jew, fin-nuqqas ta’ dan, sentenza li tgħid li din id-deċiżjoni tal-aħħar ma setgħetx tirrimedja n-nuqqas ta motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

Dispożittiv

L-Artikolu 2(a) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 8530 finali tas-7 ta’ Diċembru 2016 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39914 – Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax f’Euro (EIRD)) huwa annullat.

L-ammont tal-multa, li għaliha huma responsabbli in solidum Crédit agricole SA u Crédit agricole Corporate and Investment Bank, huwa stabbilit għal EUR 110 000 000.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 231, 17.7.2017.