Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Mejju 2012 - Nike International vs UASI - Intermar Simanto Nahmias (JUMPMAN)

(Kawża T-233/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali JUMPMAN - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti JUMP - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nike International Ltd. (Beaverton, Oregon, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Intermar Simanto Nahmias (Çatalca-Istanbul, it-Turkija) (rappreżentanti: J. Güell Serra u M. Curell Aguilà, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta' Marzu 2010 (R 738/2009-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Intermar Simanto Nahmias u Nike International Ltd.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Nike International Ltd. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 195, 17.07.2010.