Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta' Settembru 2009 - Amecke Fruchtsaft vs UASI - Beate Uhse (69 Sex up)

(Kawża T-343/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Amecke Fruchtsaft GmbH & Co. KG (Menden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase u J.-C. Plate, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Beate Uhse Einzelhandels GmbH

Talbiet tar-rikorrenti

tikkunsidra ammissibbli r-rikors ippreżentat mid-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta' Ġunju 2009, fil-Każ R 1728/2008-1;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata minħabba ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 ;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni u tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Beate Uhse Einzelhandels GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "69 Sex up" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32 u 41 (Applikazzjoni Nru 5 274 303)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża "sex:h:up", għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32 (Applikazzjoni Nru 30 531 669), filwaqt li l-oppożizzjoni kienet intiża biss kontra r-reġistrazzjoni ta' prodotti fil-klassi 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: d-deċiżjoni kkontestata annullata u l-oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 billi hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).