Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Lulju 2012 - Winzer Pharma vs UASI - Alcon (BAÑOFTAL)

(Kawża T-346/09) 

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BAÑOFTAL - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti KAN-OPHTAL u PAN-OPHTAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE)Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Dr. Robert Winzer Pharma GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Schneller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Alcon Inc. (Hünenberg, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Vidal-Quadras Trias de Bes, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta' Mejju 2009 (Każ R 795/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Dr. Robert Winzer Pharma GmbH u Alcon Inc.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-28 ta' Mejju 2009 (Każ R 795/2008-1), hija annullata.

L-UASI huwa kkundannat sabiex ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Dr. Robert Winzer Pharma GmbH.

Alcon Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 256, 24.10.2009.