Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Jannar 2012 - Groupe Partouche vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-315/10) 

["Rikors għal annullament - Konċentrazzjonijiet - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Inammissibbiltà"]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Groupe Partouche (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J.-J. Sebag, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, F. Ronkes Agerbeek u N. von Lingen, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: La française des jeux (Boulogne-Billancourt, Franza); u Groupe Lucien Barrière (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: D. Théophile u P. Mèle, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 3333, tal-21 ta' Mejju 2010, li tiddikjara kompatibbli mas-suq intern u l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) l-operazzjoni ta' konċentrazzjoni ta' impriżi intiża għall-kisba mill-Française des jeux u l-Groupe Lucien Barrière tal-kontroll komuni tal-impriża Newco (Każ COMP/M.5786 - Française des jeux/Groupe Lucien Barrière/JV).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miħċud.

Il-Groupe Partouche għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, il-Française des jeux u l-Groupe Lucien Barrière.

____________

1 - ĠU C 274, 09.10.2010.