Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2013 – L vs Il-Parlament

(Kawża T-317/10 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Kuntratt għal żmien indeterminat – Deċiżjoni ta’ tkeċċija – Obbligu ta’ motivazzjoni – Telf ta’ fiduċja”)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Appellant: L (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment A. Sèbe u V. Sviderskis, sussegwentement A. Sèbe, avukati)

Appellat: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment S. Seyr, K. Zejdová u L. Mašalaitė-Chouteau, sussegwentement S. Seyr, K. Zejdová u S. Milius, u finalment S. Seyr u S. Alves, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea [kunfidenzjali2 , u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea [kunfidenzjali], hija annullata sa fejn din naqset milli tagħti deċiżjoni dwar il-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità, sa fejn din ċaħdet il-motiv ibbażat fuq l-ineżattezza materjali u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, u sa fejn din qieset li r-rikorrent ma kienx talab li l-Parlament jiġi kkundannat għall-ispejjeż.Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.Il-kumplament tar-rikors ippreżentat minn L quddiem it-Tribunal għas-Servizz pubbliku fil-Kawża [kunfidenzjali] huwa miċħud.Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha relattivi kemm għall-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll għal dik tal-appell.