Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-8 ta’ Marzu 2021 – Comité interprofessionnel des huiles essentielles françaises (CIHEF), Florame, Hyteck Aroma-Zone, Laboratoires Gilbert, Laboratoire Léa Nature, Laboratoires Oméga Pharma France, Pierre Fabre Médicament, Pranarom France, Puressentiel France vs Ministre de la Transition écologique, Premier ministre

(Kawża C-147/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Comité interprofessionnel des huiles essentielles françaises (CIHEF), Florame, Hyteck Aroma-Zone, Laboratoires Gilbert, Laboratoire Léa Nature, Laboratoires Oméga Pharma France, Pierre Fabre Médicament, Pranarom France, Puressentiel France

Konvenuti: Ministre de la Transition écologique, Premier ministre

Domanda preliminari

Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali 1 jipprekludi li Stat Membru jadotta, fl-interess tas-saħħa pubblika u tal-ambjent, regoli restrittivi fil-qasam tal-prattiki kummerċjali u tar-reklamar, bħal dawk li jipprevedu l-Artikoli L. 522-18 u L. 522-5-3 tal-code de l’environnement (il-Kodiċi dwar l-Ambjent)? Jekk dan ikun il-każ, taħt liema kundizzjonijiet Stat Membru jkun jista’ jadotta tali miżuri?

____________

1     ĠU 2012, L 167, p. 1, rettifika fil-ĠU 2017, L 280, p. 57.