Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2014 – mobile.international vs UASI

(Kawża T-325/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: mobile.international GmbH (Kleinmachnow, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lührig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rezon OOD (Sofija, il-Bulgarija)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta’ Jannar 2014, fil-Każ R 922/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “mobile.de” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38 u 42 – Trade mark Komunitarja Nru 9 376 989

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Rezon OOD

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark figurattiva nazzjonali, li tinkludi l-element verbali “mobile” għal servizzi fil-klassijiet 35, 39 u 42Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u każ mibgħut lura quddiem id-Diviżjoni tal-KanċellazzjoniMotivi invokati:–    ksur tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 22(2) tar-Regolament Nru 2868/95;–    ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009;–    ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;–    ksur tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 22(3)

u (4) tar-Regolament Nru 2868/95;–    ksur tal-Artikolu 78(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009;

–    ksur tal-eċċezzjoni ta’ abbuż taʼ dritt flimkien mal-Artikoli 56(1)(b) u  54(2) tar-Regolament Nru 207

/2009;–    ksur tal

-Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009.