Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 – Feralpi Holding SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-85/15 P) 1

Appell – Akkordji – Produtturi Taljani ta’ vireg għar-rinfurzar tal-konkrit – Iffissar tal-prezzijiet kif ukoll limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ – Ksur tal-Artikolu 65 KEFA – Annullament tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjoni adottata mill-ġdid abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Assenza ta’ ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida – Assenza ta’ seduta wara l-annullament tad-deċiżjoni inizjali – Terminu inkors fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Feralpi Holding SpA (rappreżentanti: G. M. Roberti u I. Perego, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L Malferrari u P. Rossi, aġenti, assistiti minn M. Moretto, avukati)

Dispożittiv

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Diċembru 2014, Feralpi vs Il-Kummissjoni (T-70/10, mhux ippubblikata, EU:T:2014:1031), hija annullata.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), fil-verżjoni emendata tagħha bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, hija annullata f’dak li jirrigwarda Feralpi Holding SpA.

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż ta’ Feralpi Holding SpA, inkorsi kemm għall-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll għal dan l-appell.

____________

1     ĠU C 146, 04.05.2015.