Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Mejju 2012 - ASA vs UASI - Merck (FEMIFERAL)

(Kawża T-110/11) 

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FEMIFERAL - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti Feminatal u figurattivi preċedenti feminatal - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Probabbilta' ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Asa sp. z o.o (Głubczyce, il-Polonja) (rappreżentant: M. Chimiak, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Merck sp. z o.o. (Varsavja, Il-Polonja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta' Novembru 2010 (Każ R 182/2010-1), rigward proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Merck sp. z o.o. u Asa sp. z o.o.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Asa sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 139, 07.05.2011