Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2013 – Nencini vs Il-Parlament

(Kawżi magħquda T-431/10 u T-560/10) 1

(“Leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-ispejjeż u l-allowances tad-deputati tal-Parlament Ewropew – Spejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ assistenza parlamentari – Irkupru ta’ somom mogħtija indebitament – Preskrizzjoni – Terminu raġonevoli – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta’ kontradittorju – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Riccardo Nencini (Barberino del Mugello, l-Italja) (rappreżentanti: F. Bertini u M. Chiti, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn N. Lorenz, D. Moore u A. Caiola, u sussegwentement minn N. Lorenz, D. Moore u G. Ricci, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talbiet għall-annullament tad-deċiżjonijiet tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament, tas-16 ta’ Lulju 2010 u tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar l-irkupru ta’ ċerti somom irċevuti mir-rikorrenti, ex membru tal-Parlament, li jirrimborsaw l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-assistenza parlamentari li ngħataw indebitament, kif ukoll tan-noti ta’ debitu tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Nru°312331, tal-4 ta’ Awwissu 2010, u Nru°315653, tat-13 ta’ Ottubru 2010, kif ukoll kwalunkwe att ieħor relatat u/jew preċedenti u, sussidjarjament, talbiet ta’ rinviju tal-kawża lis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament sabiex jistabbilixxi mill-ġdid b’mod ekwu l-ammont li l-irkupru tiegħu huwa mitlub.

Dispożittiv

Ir-rikors fil-Kawża T-560/10 huwa miċħud.

Riccardo Nencini huwa kkundannat għall-ispejjeż fil-Kawża T-560/10, inkluż l-ispejjeż tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

Il-Kawża T-431/10 hija mħassra mir-reġistru.

Kull parti għandha tħallas l-ispejjeż tagħha fil-Kawża T-431/10, inkluż l-ispejjeż tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 ĠU C 317, 20.11.2010.