Language of document : ECLI:EU:T:2013:290





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2013 — Nencini vs Il-Parlament

(Kawżi magħquda T‑431/10 u T‑560/10)

“Leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-ispejjeż u l-allowances tad-deputati tal-Parlament Ewropew — Spejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ assistenza parlamentari — Irkupru ta’ somom mogħtija indebitament — Preskrizzjoni — Terminu raġonevoli — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ kontradittorju — Proporzjonalità”

1.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Atti preparatorji — Esklużjoni — Rikors kontra nota ta’ debitu tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-irkupru ta’ ħlas indebitu tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ assistenza parlamentari — Nota purament konfermattiva ta’ deċiżjoni preċedenti — Inammissibbiltà tar-rikors (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 27-32)

2.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Proċedura amministrattiva — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Ksur — Konsegwenzi (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1)) (ara l-punti 43, 44, 51-53)

3.                     Parlament Ewropew — Leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-ispejjeż u l-allowances tad-deputati tal-Parlament Ewropew — Kumpens ta’ segretarjat — Kundizzjonijiet għall-għoti — Nuqqas ta’ osservanza — Konsegwenzi (ara l-punti 92-94)

4.                     Il-Parlament Ewropew — Leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-ispejjeż u l-allowances tad-deputati tal-Parlament Ewropew — Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament — Obbligu inkundizzjonat (ara l-punt 109)

Suġġett

Prinċipalment, talbiet għall-annullament tad-deċiżjonijiet tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament, tas-16 ta’ Lulju 2010 u tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar l-irkupru ta’ ċerti somom irċevuti mir-rikorrenti, ex membru tal-Parlament, li jirrimborsaw l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-assistenza parlamentari li ngħataw indebitament, kif ukoll tan-noti ta’ debitu tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Nru 312331, tal-4 ta’ Awwissu 2010, u Nru 315653, tat-13 ta’ Ottubru 2010, kif ukoll kwalunkwe att ieħor relatat u/jew preċedenti u, sussidjarjament, talbiet ta’ rinviju tal-kawża lis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament sabiex jistabbilixxi mill-ġdid b’mod ekwu l-ammont li l-irkupru tiegħu huwa mitlub.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors fil-Kawża T-560/10 huwa miċħud.

2)

Riccardo Nencini huwa kkundannat għall-ispejjeż fil-Kawża T-560/10, inkluż l-ispejjeż tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

3)

Il-Kawża T-431/10 hija mħassra mir-reġistru.

4)

Kull parti għandha tħallas l-ispejjeż tagħha fil-Kawża T-431/10, inkluż l-ispejjeż tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.