Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Settembru 2010 - Global Steel Wire vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-429/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Global Steel Wire, SA (Cerdanyola del Vallés, Spanja) (rappreżentanti: F. González Díaz u A. Tresandí Blanco, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

prinċiparjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Europea C(2010)4387 finali, tat-30 ta' Ġunju 2010, Każ COMP/38.344 - Azzar għall-prestressing, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE);

sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas, skont l-Artikolu 261 tat-TFUE, l-ammont tal-multa imposta permezz tal-imsemmija deċiżjoni; u

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f'din il-kawża hija l-istess tal-Kawża T-426/10, Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati f'din il-kawża.

B'mod partikolari, ir-rikorrenti tosserva li l-Kummissjoni Ewropea ma osservatx in-natura tal-provi rikjesta mill-ġurisprudenza Komunitarja sabiex tistabbilixxi r-responsabbiltà ta' GSW fit-tmexxija tas-sussidjarji tagħha. Il-Kummissjoni Ewropea ma pprovatx illi GSW setgħet teżerċita influwenza determinanti fil-ġestjoni tal-kumpanniji sussidjarji tagħha.

____________