Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Frar 2013 - Anapurna vs UASI - Annapurna (ANNAPURNA)

(Kawża T-71/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anapurna GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Ehrlinger u T. Hagen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Annapurna SpA (Prato, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta' Diċembru 2012, sa fejn laqgħet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 001368166 "ANNAPURNA", u ma ddikjarathiex nulla u bla effett, għall-prodotti "basktijiet" (klassi 18), "għata għas-sodod u bjankerija tas-sodda" (klassi 24) u "Ħwejjeġ, papoċċi u xedd ir-ras" (klassi 25);

tikkundanna lill-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti inklużi l-ispejjeż sostnuti fl-appell;

titlob lill-konvenut sabiex jipproduċi prova tal-użu ("Eżibiti") prodotti mill-intervenjenti fil-kuntest tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : it-trade mark verbali "ANNAPURNA" għal prodotti fil-klassijiet 3, 18, 24 u 25 − Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 368 166

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-talba għar-revoka ġiet ibbażata fuq ir-raġunijiet li t-trade mark Komunitarja kkontestata ma ġietx użata b'mod ġenwin fl-Unjoni Ewropea għal perijodu kontinwu ta' ħames snin, skont l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, għall-prodotti kollha li ġiet irreġistrata għalihom.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja parzjalment invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata parzjalment annullata u t-trade mark iddikjarata invalida fir-rigward ta' prodotti oħra

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/20.

____________