Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 – AIC vs UASI - ACV Manufacturing (Inserts ta’ skambjaturi tas-sħana)

(Kawża T-616/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AIC S.A. (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentant: J. Radłowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ACV Manufacturing (Seneffe, il-Belġju)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Settembru 2013, fil-Każ R 293/2012-3;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u ta’ dawk inkorsi quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn ta’ prodott deskritt bħala “inserts ta’ skambjaturi tas-sħana” – Reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju Nru 1 137 152-0001

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-AppellMotivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ġie allegat li d-disinn ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1) u (2), flimkien mal-Artikoli 5 u 6 u, b’mod partikolari, mal-Artikolu 8(1) u (2), tar-Regolament (KE) Nru 6/2002.Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: reġistrazzjoni tad-disinn Komunitarju kkontestat iddikjarata invalidaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 25(1)(b), flimkien mal-Artikolu 4(2), tar-Regolament (KE) Nru 6/2002.