Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2021 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-355/18) 1

(“Sistema lingwistika – Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam tas-saħħa pubblika u tas-sigurtà fl-ikel – Limitazzjoni tal-għażla tal-lingwa 2 fost erba’ lingwi – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal – Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa – Interess tas-servizz - Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: S. Centeno Huerta u L. Aguilera Ruiz, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Ruiz García, L. Vernier, D. Milanowska, I. Galindo Martín u T. Lilamand, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/340/18, għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva fil-qasam tas-saħħa u tas-sigurtà fl-ikel (verifika, ispezzjoni u evalwazzjoni) u EPSO/AD/341/18, għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva fil-qasam tas-sigurtà fl-ikel (politika u leġiżlazzjoni) (ĠU 2018, C 97 A, p. 1).

Dispożittiv

L-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/340/18, għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva fil-qasam tas-saħħa u tas-sigurtà fl-ikel (verifika, ispezzjoni u evalwazzjoni) u EPSO/AD/341/18, għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva fil-qasam tas-sigurtà fl-ikel (politika u leġiżlazzjoni) huwa annullat.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess minbarra dawk sostnuti mir-Renju ta’ Spanja.

____________

1     ĠU C 285, 13.8.2018.