Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2021 – AH vs Eurofound

(Kawża T-52/19) 1

“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Żvelar tad-data personali – Talba għal assistenza – Ċaħda tat-talba – Inkompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju – Att imħejji u ffirmat minn uffiċċju tal-avukati estern – Responsabbiltà – Dannu morali”

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AH (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenuti: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (rappreżentanti: F. van Boven u M. Jepsen, aġenti, assistiti minn C. Callanan, solicitor)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Marzu 2018, imħejjija u ffirmata minn uffiċċju tal-avukati estern, dwar talba għal assistenza tar-rikorrent fir-rigward tal-iżvelar tad-data personali tiegħu kif ukoll talba għad-danni u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu morali allegatament imġarrab minnu minħabba din id-deċiżjoni kif ukoll minħabba l-imsemmi żvelar.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-22 ta’ Marzu 2018, imħejjija u ffirmata minn uffiċċju tal-avukati estern, li tikkonċerna talba għal assistenza ta’ AH dwar l-iżvelar tad-data personali tiegħu, hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax Xogħol (Eurofound) hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn AH.

____________

1     ĠU C 112, 25.3.2019.