Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 202 – AH vs Eurofound

(Kawża T-630/19) 1

(“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Fastidju psikoloġiku – Talba għal assistenza – Rikors għal annullament – Lis alibi pendens – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Regola ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment– Obbligu ta’ motivazzjoni – Inkompetenza tal-awtur tal-att – Żball ta’ evalwazzjoni – Responsabbiltà – Dannu morali”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AH (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenut: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (rappreżentanti: F. van Boven u M. Jepsen, aġenti, assistiti minn C. Callanan, solicitor)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Eurofound tad-9 ta’ Novembru 2018 li tagħlaq l-investigazzjoni amministrattiva AI-2018/01 miftuħa wara t-talba għal assistenza għal fastidju psikoloġiku fformulata mir-rikorrent fil-konfront tas-superjuri tiegħu u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu morali allegatament imġarrab mir-rikorrent minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

AH huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż relattivi tiegħu, għal dawk sostnuti mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound).

____________

1     ĠU 383, 11.11.2019.