Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2021 – Eos Products vs EUIPO (Forma ta’ kontenitur sferiku)

(Kawża T-489/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali – Forma ta’ reċipjent sferiku – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Eos Products Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Stolzenburg-Wiemer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka u M. Eberl, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 2017/2019-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ reċipjent sferiku bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Eos Products Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 313, 21.9.2020.