Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2021 – QB vs BĊE

(Kawża T-555/20) 1

(“Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Rapport ta’ evalwazzjoni – Proċedura ta’ evalwazzjoni 2015 – Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali – Artikolu 266 TFUE – Dmir ta’ imparzjalità – Gwida għall-evalwazzjoni tal-membri tal-persunal tal-BĊE – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni – Responsabbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: QB (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: B. Ehlers u F. Malfrère, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża, minn naħa, għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti li jirrigwarda l-perijodu ta’ evalwazzjoni 2015 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu morali li hija allegatament ġarrbet minħabba dan l-att.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

QB għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk imġarrba mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

____________

1     ĠU C 359, 26.10.2020.