Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2021 – Cara Therapeutics vs EUIPO – Gebro Holding (KORSUVA)

(Kawża T-584/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea KORSUVA – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti AROSUVA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Cara Therapeutics, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Day, solicitor, u T. de Haan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gebro Holding GmbH (Fieberbrunn, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Konzett, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Lulju 2020 (Każ R 2450/2019-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gebro Holding u Cara Therapeutics.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Cara Therapeutic, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż

____________

1     ĠU C 390, 16.11.2020.