Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Settembru 2011 - Omnicare vs UASI - Astellas Pharma (OMNICARE CLINICAL RESEARCH)

(Kawża T-289/09)1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali OMNICARE CLINICAL RESEARCH - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OMNICARE - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Xebh bejn is-servizzi - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Omnicare, Inc. (Covington, Kentucky, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrello, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Astellas Pharma GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Gutiérrez Martínez, M. H. Granado Carpenter u M. Polo Carreño, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta' Mejju 2009 (Każ R 401/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Yamanouchi Pharma GmbH u Omnicare, Inc.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Omnicare, Inc. hija kkundannata tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 244, 10.10.2009