Language of document : ECLI:EU:T:2010:501





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2010 – Il-Kummissjoni vs Commune de Valbonne

(Kawża T-238/08)

“Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt ta’ riċerka u ta’ taħriġ li jirrigwarda proġett ta’ tagħlim reċiproku bejn il-komun ta’ Valbonne (Franza) u l-provinċja ta’ Ascoli Piceno (l-Italja) – Talba għar-rimbors tas-somom imħallsa bil-quddiem”

1.                     Proċedura - Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt suġġett għad-dritt nazzjonali - Interpretazzjoni tal-kuntratt fid-dawl tad-dritt nazzjonali - Kundizzjonijiet - Klawżoli kuntrattwali insuffiċjenti sabiex tiġi solvuta l-kawża - Dubju dwar il-kontenut jew is-sens tal-kuntratt (Artikolu 238 KE) (ara l-punti 52, 53)

2.                     Proċedura - Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt li jagħti għajnuna finanzjarja Komunitarja għat-twettiq ta’ proġett ta’ tagħlim reċiproku bejn komuni Ewropej differenti - Rapport finali tal-kontraenti dwar dan il-proġett li kien is-suġġett ta’ approvazzjoni taċita tal-Kummissjoni - Talba għar-rimbors ta’ somma mħallsa minn quddiem, bl-interessi - Ċaħda (Artikolu 238 KE) (ara l-punti 57, 77-94)

3.                     Proċedura - Preżentazzjoni ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża - Kundizzjonijiet - Motiv ġdid - Kunċett - Applikabbiltà għall-kawżi li tressqu quddiem il-Qorti Ġenerali skont klawżola ta’ arbitraġġ (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 48(2)) (ara l-punti 67-69)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ skont l-Artikolu 238 KE intiż sabiex il-komun ta’ Valbonne jiġi kkundannat għar-rimbors ta’ sommom mħallsa minn quddiem mill-Komunità Ewropea, bl-interessi moratorji, fil-kuntest tal-kuntratt Valaspi MM 1027, tad-29 ta’ Diċembru 1997.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.