Language of document : ECLI:EU:T:2013:65





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 — Acron u Dorogobuzh vs Il-Kunsill

(Kawża T‑235/08)

“Dumping — Importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina fir-Russja — Talba għal reviżjoni interim parzjali — Valur normali — Prezz għall-esportazzjoni — Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009)”

1.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (ara l-punti 23, 24)

2.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Marġni ta’ dumping — Determinazzjoni tal-valur normali — Użu tal-valur maħdum — Teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż ta’ produzzjoni — Kalkolu tal-ispejjeż abbażi tar-reġistru tal-kontijiet — Spejjeż affettwati b’distorsjoni tas-suq — Aġġustament — Ammissibbiltà — Kriterji (Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, Artikoli 2(3) u 5, u Nru 1225/2009, Artikoli 2(3) u 5) (ara l-punti 33, 37, 39, 44, 46-48)

3.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Marġni ta’ dumping — Regoli dwar il-kalkolu tal-marġni ta’ antidumping li jinsabu fil-ftehim antidumping tal-GATT tal-1994 — Traspożizzjoni fid-dritt tal-Unjoni permezz tar-regolament bażiku antidumping — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(5) tal-imsemmi regolament fid-dawl tal-imsemmi ftehim antidumping (Ftehim dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-ftehim ġenerali dwar it-tariffi doganali u tal-kummerċ “Ftehim antidumping tal-1994”, Artikolu 2.2.1.1; Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 2(5) u Nru 1225/2009, Artikolu 2(5) (ara l-punti 62-64, 67, 68)

4.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping —Deċiżjoni dwar id-determinazzjoni tal-valur normali — Motivazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-informazzjoni kkomunikata lill-impriżi kkonċernati matul il-proċedura amministrattiva (Artikolu 296 TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 2 u Nru 1225/2009, Artikolu 2) (ara l-punt 98)

Suġġett

Rikors għal annullament kontra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 236/2008 tal-10 ta’ Marzu 2008, li jwaqqaf ir-reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 tad-dazju ta’ anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina fir-Russja (ĠU 2008 L 75, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Acron OAO u Dorogobuzh OAO huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom, flimkien ma’ dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Fertilizers Europe.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.