Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Ġunju 2008 - Abadía Retuerta vs UASI (CUVÉE PALOMAR)

(Kawża T-237/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Abadía Retuerta, S.A. (Sardón de Duero, Spanja) (rappreżentanti: X. Fàbrega Sabaté u M. Curell Aguilà, abogados )

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tat-2 ta' April 2008 mogħtija fil-Każ R 1185/2007-1, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "CUVÉE PALOMAR" għal prodotti fil-klassi 33 (applikazzjoni Nru 5.501.937)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad l-appell

Motivi invokati: L-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja in kwistjoni ma tiksirx l-Artikolu 7(1)(j) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, peress illi m'għandhiex indikazzjoni ġeografika falza.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).