Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Diċembru 2010 - Il-Kummissjoni vs Commune de Valbonne

(Kawża T-238/08) 1

"Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratt ta' riċerka u ta' taħriġ li jirrigwarda proġett ta' tagħlim reċiproku bejn il-komun ta' Valbonne (Franza) u l-provinċja ta' Ascoli Piceno (l-Italja) - Talba għar-rimbors tas- somom imħallsa bil-quddiem "

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn L. Escobar Guerrero, sussegwentement minn F. Dintilhac u A. Sauka, aġenti, assistiti minn E. Bouttier, avukat)

Konvenut: Commune de Valbonne (Franza) (rappreżentant: B. Rapp-Jung, avukat)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq klawżola ta' arbitraġġ skont l-Artikolu 238 KE intiż sabiex il-komun ta' Valbonne jiġi kkundannat għar-rimbors ta' ħlasijiet bil-quddiem imħallsa mill-Komunità Ewropea, flimkien mal-interessi minħabba dewmien, fil-kuntest tal-kuntratt Valaspi MM 1027, tad-29 ta' Diċembru 1997.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 223, 30.08.2008.