Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2024 – Vila Tobella vs EUIPO – Raphael Europe (ROZALIYA jewelry for enlightenment)
(Kawża T-118/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Rosalia Vila Tobella (Sant Esteve Sesrovires, Spanja) (rappreżentant: P. Martini-Berthon, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Raphael Europe Ltd (Sofia, il-Bulgarija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ROZALIYA jewelry for enlightenment – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 447 981
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 430/2023-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sal-punt li l-evidenza ta’ użu ġenwin tqieset biżżejjed għall-bqija tal-prodotti fil-klassi 14;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Ksur tal-Artikoli 94(1) u 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________