Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Ottubru 2012 - LaserSoft Imaging vs UASI (WorkflowPilot)

(Kawża T-475/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: LaserSoft Imaging AG (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Hunnekuhl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta' Jannar 2012 u tas-6 ta' Awwissu 2012 (Każ R 480/2012-4), sa fejn jiċħdu l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark imressqa mir-rikorrenti fid-29 ta' Awwissu 2011, u tordna lill-konvenut jirreġistra t-trade mark verbali "WorkflowPilot", li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, fir-reġistru tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali "WorkflowPilot" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 41 u 42 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 223 774

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) kif ukoll tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009

____________