Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Giorgis vs UASI – Comigel (Forma ta’ żewġ tazzi tax-xorb ippakkjati)

(Kawża T-474/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja tridimensjonali – Forma ta’ żewġ tazzi tax-xorb ippakkjati – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu –– Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giorgio Giorgis (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: I. Prado u A. Tornato, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Comigel SAS (Saint-Julien-Lès-Metz, Franza) (rappreżentanti: S. Guerlain, J. Armengaud u C. Mateu, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Lulju 2012 (Każ R 1301/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Comigel SAS u G. Giorgis.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.G. Giorgis huwa kkundannat għall-ispejjeż.