Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen - L-Isvezja) – Danske Bank A/S vs Skatteverket

(Kawża C-812/19) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 9 – Persuna taxxabbli – Kunċett – Artikolu 11 – Grupp tal-VAT – Stabbiliment prinċipali li jappartjeni għal grupp tal-VAT li l-fergħa tiegħu ma tagħmilx parti minnu – Stabbiliment prinċipali li jipprovdi servizzi lill-fergħa u li jimputalha l-ispejjeż ta’ dawn is-servizzi)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Danske Bank A/S, Danmark, Sverige Filial

Konvenut: Skatteverket

Dispożittiv

L-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li, għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), l-istabbiliment prinċipali ta’ kumpannija, li tinsab fi Stat Membru u li tagħmel parti minn grupp tal-VAT ikkostitwit abbażi ta’ dan l-Artikolu 11, u l-fergħa ta’ din il-kumpannija, stabbilita fi Stat Membru ieħor, għandhom jitqiesu li huma persuni taxxabbli distinti meta dan l-istabbiliment prinċipali jipprovdi lill-imsemmija fergħa servizzi li l-ispejjeż tagħhom huma imputati lilha.

____________

1     ĠU C 19, 20.01.20.