Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Novembru 2011 - Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-471/11 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Konċentrazzjoni ta' impriżi - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni ta' ċessjonijiet mill-ġdid tal-assi - Annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali li tikkonċerna l-approvazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-akkwirent tal-assi ċeduti mill-ġdid - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni ġdida tal-istess akkwirent - Nuqqas ta' urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Éditions Odile Jacob SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: O. Fréget, M. Struys u L. Eskenazi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, O. Beynet u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 3503, tat-13 ta' Mejju 2011, dwar l-approvazzjoni ta' Wendel Investissement SA bħala akkwirent tal-assi ċeduti mill-ġdid skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/422/KE, tas-7 ta' Jannar 2004, li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Każ COMP/M.2978 - Lagardère/Natexis/VUP),

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________