Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta' Ottubru 2012 - Vanhecke vs Il-Parlament

(Kawża T-14/09) 

("Privileġġi u immunitajiet - Membru tal-Parlament - Tneħħija tal-immunità - Rikors għal annullament - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Frank Vanhecke (Brugge, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Tournicourt, B. Siffert u S. Lippens, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment H. Krück, A. Baas u E. Waldherr, sussegwentement H. Krück, E. Waldherr u G. Corstens, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 li tipprovdi għat-tneħħija tal-immunità parlamentari tar-rikorrent.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 69, 21.03.2009