Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Jannar 2009 - Storck vs UASI (rappreżentazzjoni ta' ġurdien taċ-ċikkulata)

(Kawża T-13/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: August Storck KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, T. Melchert u I. Rohr, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tat-12 ta' Novembru 2008 (R 185/2006-4), u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta ġurdien taċ-ċikkulata, għal prodotti fil-klassi 30 (Applikazzjoni Nru 4 490 447)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 1 sa fejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha l-karattru distintiv mitlub

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L p. 1).