Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2021 – Copal Tree Brands v EUIPO – Sumol + Compal Marcas (COPAL TREE)

(Kawża T-572/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Copal Tree Brands, Inc. (Oakland, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Niemann Fadani, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sumol + Compal Marcas SA (Carnaxide, il-Portugall)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “COPAL TREE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 955 496

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 1580/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-2 ta’ Ġunju 2020 fl-Oppożizzjoni Nru B3076122;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________