Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2021 – Worldwide Brands vs EUIPO - Guangdong Camel Apparel (CAMEL CROWN)

(Kawża T-562/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Worldwide Brands, Inc. Zweigniederlassung Deutschland (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Gracia Albero u R. Ahijón Lana, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Guangdong Camel Apparel Co. Ltd (Foshan City, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni “CAMEL CROWN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 882 201

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ġunju  2021 fil-Każ R 159/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata sa fejn laqgħet parzjalment l-appell ippreżentat mill-intervenjent u ċaħdet parzjalment l-appell ippreżentat minn din il-parti, u tippermetti r-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata għall-oġġetti indikati fil-klassijiet 24 u 28;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri preżenti, inklużi l-ispejjeż li jirriżultaw mill-proċeduri quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Ħames Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________