Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2021 – Guangdong Camel Apparel vs EUIPO – Worldwide Brands (CAMEL CROWN)

(Kawża T-590/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Guangdong Camel Apparel Co. Ltd (Foshan City, iċ-Ċina) (rappreżentanti: C. Bercial Arias u F. Codevelle, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Worldwide Brands, Inc. Zweigniederlassung Deutschland (Köln, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni tat-trade mark li tindika l-Unjoni “CAMEL CROWN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 882 201

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ġunju 2020 fil-Kawżi magħquda R 159/2020-5 u  R 184/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ l-appell;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, jekk kien il-każ, ibatu l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu (1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, minħabba evalwazzjoni żbaljata tal-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks.

____________