Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2021 – Apart vs EUIPO – S. Tous (Rappreżentazzjoni tal-kontorn ta’ ors)

(Kawża T-591/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Apart sp. z o.o. (Suchy Las, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: S. Tous, SL (Manresa, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni tal-kontorn ta’ ors) – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 127 128

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 222/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha u temenda d-deċiżjoni billi tinvalida t-trade mark ikkontestata Nru 8 127 128;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-EUIPO u lil S. TOUS, S.L. għall-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell u għal dawk tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(i) u (iii) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikoli 94(1) u 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni li fuqu huma bbażati l-assunzjonijiet dwar il-forma tat-trade mark ikkontestata;

Ksur tal-Artikoli 20, 41(1) u 2(a) u (c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għal smigħ, l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-amministrazzjoni għad-deċiżjoni tagħha, il-prinċipji tal-amministrazzjoni tajba, ċertezza legali u ugwaljanza fit-trattament.

____________