Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2021 – Tinnus Enterprises vs EUIPO - Mystic Products u Koopman International (Tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi)
(Kawża T-577/21)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tinnus Enterprises LLC (Plano, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Wuttke, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mystic Products Import & Export, SL (Badalona, Spanja), Koopman International BV (Amsterdam, l-Pajjiżi Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 1 431 829-0007
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R R 1010/2018-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tibdel id-deċiżjoni kkontestata sabiex:
l-appell tar-rikorrenti jintlaqa’,
tiċħad fl-intier tagħhom l-applikazzjonijiet tal-applikant għat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità li jiddikjaraw l-invalidità tad-disinn ikkontestat,
tikkundanna lill-applikant għat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità sabiex tħallas l-ispejjeż subiti quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni;
tikkundanna lill-applikant għat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi invokati
Ksur tal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tal-24 ta’ Marzu 2021, Lego vs EUIPO – Delta Sport Handelskontor (Blokki tal-bini minn sett ta’ bini tal-ġugarelli) (T-515/19, mhux ippubbilkata, EU:T:2021:155);
Ksur tal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tat-8 ta’ Marzu 2018, DOCERAM (C-395/16, EU:C:2018:172);
Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;
Interpretazzjoni żbaljata tal-applikazzjoni għal privattiva EP 3 005 948 A2 u tal-applikazzjoni għal disinn multiplu tar-rikorrent Nru 1 431 829-0001-0010.
____________